Il-Gvern b’defiċit ta’ €142 miljun fl-ewwel sitt xhur tas-sena

Il-Fond Konsolidat tal-Gvern bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena irreġistra defiċit ta’ kważi €142 miljun.

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO, jidher li meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena l-oħra, id-dħul tal-Gvern zdied b’madwar €70 miljun. Bl-istess mod, l-ispiża totali tal-Gvern telgħet għal €120 miljun. Dan wassal biex il-Fond Konsolidat tal-Gvern jonqos b’€50 miljun.

L-NSO spjega li ż-żieda fin-nefqa rikorrenti tal-Gvern kienet dovuta l-aktar minħabba żidiet fi programmi u inizjattivi fosthom il-benefiċċji soċjali, investiment fl-iskejjel tal-Knisja u oqsma marbuta mas-saħħa.

L-ispiża kapitali tal-Gvern żdiedet ukoll, u l-NSO qal li dan huwa attribwit l-aktar minħabba iktar spejjeż fuq bini u titjib ta’ toroq u s-sistema tal-identitajiet nazzjonali.

Id-dejn tal-Gvern niżel bi €92 miljun biex issa laħħaq il-€5,480 miljun.