Il-Gvern b’appell lil kaċċaturi

Il-Gvern appella sabiex l-entitajiet responsabbli sabiex jedukaw u jinfurzaw li ma jsirux abbużi waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summiena. 
Fi stqarrija ntqal li l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera, u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ltaqgħu maċ-Ċermen tal-Kumitat Ornis, il-Kummissarju tal-Pulizija, kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-Wild Birds Regulation Unit (WBRU).
Skont l-istqarrija l-laqgħa kompliet tikkonferma l-pożizzjoni tal-Prim Ministru, li hija li l-Gvern mhux se jippermetti li jsiru abbużi waqt l-istaġun.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari appellaw sabiex min għandu għal qalbu d-delizzju, jimxi mar-regoli kkomunikati u skont il-parametri tal-liġijiet rispettivi.
L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa se jkun mill-1 sal-21 ta’ April.