Il-Gvern Amerikan jgħid li se jżomm tfal u ġenituri immigranti

Asylum Seekers waiting
REUTERS/Loren Elliott

Il-Gvern Amerikan qal fil-Qorti lbieraħ li huwa għandu dritt li jżomm it-tfal u l-ġenituri tagħhom mill-jaqsmu l-fruntiera Amerikana b’mod illegali għat-tul ta’ żmien tal-proċedimenti ta’ immigrazzjoni tagħhom.

Sentenza tal-qorti tal-1997 magħrufa bħala l-ftehim ta’ Flores kienet interpretata b’mod ġenerali li d-Dipartiment tal-Intern Amerikan jeħles tfal immigranti llegalment minn kustodja wara 20 ġurnata.

Iżda avukati tad-Dipartiment tal-Ġustizzja qalu fit-tressiq tas-sentenza fil-Qorti tad-Distrett f’Kalifornja li issa huma m’għadx baqalhom għażla ħlief li jżommu t-tfal kemm jista’ jkun biex isolvu każi ta’ immigrazzjoni minħabba mandat preliminarju maħruġ it-Tlieta li għadda f’każ ta’ immigrazjoni separat.