L-10 programm mit-tieni staġun ta’ X Factor jixxandar illejla fuq TVM fid-8.50pm. Illum imiss it-tielet Chair Challenge u se naraw il-kategorija ta’ Ray, dik tal-ġuvintur.
Hemm 6 siġġijiet u 12-il kantant. Min se jkun qed jeħodhom dawn is-siġġijiet?
Matt Black, Jurgen Volkov, Jake Camilleri, Logan Borg, Nedved Galea, Dayle Camilleri, Noah Grech, Karl Schembri, Giovanni, Kyle Cutajar, Dav Jr u Cain Portelli se joħorġu b’saħħithom mhux biex jieħdu siġġu iżda biex jippruvaw iżommuh sal-aħħar.
Kemm se jagħmluha faċli għal Ray biex jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu u jagħżel dawk is-sitta li se jkunu qed jgħaddu għall-fażi tal-Judges Houses?
Intant illum f’The Point f’Tas-Sliema, il-parteċipanti tal-programm X Factor se jkunu qegħdin hemm bejn it-3pm u l-4pm fejn se jkunu qed ikantaw u anki jiltaqgħu mal-pubbliku.