“Il-ġustizzja trid mhux biss issir, iżda tidher li qed issir” – Editorjali

Numru ta’ editorjali tal-Ħadd irreaġixxew għad-diskors li għamel il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi fil-ftuħ tas-sena fornesi fejn stqarr li l-Imħallfin huma ma jistgħux iwieġbu għal ħafna mistoqsijiet li jsirulhom mill-ġurnalisti mhux biss għaliex huma impeduti li jagħmlu dan mill-Kodiċi tal-Etika tagħhom iżda wkoll għax kull kelma li jnisslu tista’ twassal għar-rikuża tagħhom minn ċertu kawżi li jiġu quddiemhom. 

Is-Sunday Times stqarret li l-Qorti għandha bżonn li tirreaġixxi għal dak li jintqal fil-mezzi tal-kommunikazzjoni. L-editur tas-Sunday Times qal li bl-istess mod, l-iskrutinju tal-media jsaħħaħ r-rwol tal-Qrati f’soċjetá demokratika li tkun trasparenti u aċċessibbli. Madanakollu, is-Sunday Times tirrimarka li f’Malta il-Qrati mhumiex aċċessibbli u stqarret li m’għandux ikun il-Prim Imħallef li jirrispondi għall-mistoqsijiet li jsiru mill-ġurnalisti iżda uffiċċju mwaqqaf apposta biex jilqa’ għad-domandi li jsiru mill-ġurnalisti.

F’artiklu fuq l-istess gazzetti, l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello qed jissuġerixxi li l-proċeduri ġudizzarji tal-Qorti Kostituzzjonali għandhom jixxandru ‘live’ fuq il-website tal-Qorti. Bonello qed jgħid li filwaqt li l-pożizzjoni tal-Prim Imħallef li kien ma jweġibix għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti hija waħda ġusta madanakollu għandu jinħoloq uffiċċju biex jaġixxi ta’ pont bejn il-Qrati u l-pubbliku.

The Maltatoday fl-editorjal tagħha qed tgħid li l-kunċett ta’ trasparenza għandu japplika ukoll għal qrati. Il-gazzetti qalet li l-Prim Imħallef waqt id-diskors tiegħu għamel referenza b’mod indirett lejn rapport li deher fil-gazzetta dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja li tittieħdet bil-magħluq u li fiha l-Magistrat Joe Mifsud imċanfar  minħabba ksur tal-etika. Il-Maltatoday qalet li jrid jinstab bilanċ bejn id-deċiżjoni tal-Qorti li jopera fil-magħluq u d-dritt tal-pubbliku li jkun jaf li s-sistema ġudizzjarja qed taħt skrutinju.