Il-ġurnalist tal-BBC ma jinstabx ħati li attakka lin-nassaba

Il-ġurnalist tal-BBC u attivist favur l-għasafar Chris Packham ma nstabx ħati li attakka żewġ nassaba f’Għawdex.
Huwa kien akkużat li fit-18 ta’ April li għadda, uża forza kontra n-nassaba bl-għan li jinsulentahom u jweġġagħhom.
Barra minn hekk, kien akkużat ukoll li fl-istess ġurnata, imbotta lin-nassaba f’nofs it-triq bit-tir li jferihom.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, tkellmet dwar l-irwol tal-ġurnalisti hekk kif dawn għandhom jitħallew jiskrutinjaw l-illegalitajiet u jesponu l-kriminalitajiet.
Għaldaqstant, il-Qorti qalet li minħabba nuqqas ta’ evidenza, illiberat lill-akkużat mill-akkużi miġjuba kontrih.