Il-ġurnali Ingliżi kelma waħda – Telfa Storika!

L-għada tal-disfatta tal-Gvern Ingliz bil-vot tal-Brexit fil-parlament, il-ġurnali Inglizi ħarġu jikkritikaw l-istrateġija tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May li minkejja li pposponiet il-vot, xorta ma jrnexxilix kiseb biżejjed fiduċja biex il-ftehim milħuq mal-Unjoni Ewropea jiġi approvat mill-House of Commons.

Il-ġurnali kienu kollha kelma waħda din kienet telfa storika għal Gvern Ingliz ta’ Theresa May.

Taħt it-titlu “Dismay” il-ġurnal Daily Express, wieħed mill-ġurnali sostenituri tal-kampanja Brexit qal li waqt l-Prim Ministru jiġġieled b’mod qalbieni, soffriet telfa kbir bil-pajjiż issa qed jibki għall-unita.

Il-Mirror b’ittra kbar isostni l-ebda ftehim, l-ebda tama, l-ebda ħjiel, l-ebda fiduċja.
It-titlu tad-Daily Telegrah, jgġid umiljazzjoni kbira u taħt ritratt ta’ Theresa May, fil-House of Commons f’espressjoni tad-diżappunt.

The Sun, forsi kien l-aktar ġurnal aħrax fil-konfront ta’ May tant, li taħt karikatura ta’ May impingi bħala dodo l-għasfur estint, il-ġurnal jpoġġi il-qawl inġliż ‘dead as a dodo’ għal ftehim tal-ħruġ tar-renju unit mill-UE u jgħid li Brexit issa spiċċa Br-extinct.
Id-Daily Mail jgħid li May issa qed tiġġieled għal ħajjitha.

It-Times kitbet li May soffriet telfa storika hekk kif il-bieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li dan kienet l-agħar telfa ta’ Gvern Ingliż mill-1920 il’ hawn.

Bl-istess mod, The Guardian qal li May soffriet telfa storika hekk kif it-Torries, jiġifieri l-partit tagħha stess dar kontriha.
Fl-istess mod, Metro stqarr li din kienet l-a

għar telfa ta’ dejjem. Fl-aħħarnett, il-ġurnal influwenti Financial Times qal li il-Brexit ta’ May ġie imfarrak fil-House of Commons.