Il-Ġulbiena: l-unika pantomima għal dan il-Milied

Ġulbiena - A Panto in The Dark ft. Frans il-Ħamallu: Episode 1

Guess who's back!? No not panto in the dark, we already told you they were back 🤭 More like Frans... Frans il-HamalluOh come on, you know who Frans is, and if you don't well you can get to know him while he discovers what Gulbiena is all about in this three part mini series we've prepared for you together with animator Danny LescoListen up carefully... Frans doesn't have time to waste...he's too cool for that 😎https://teatrumalta.org.mt/events/gulbiena-a-panto-in-the-dark/Voiced by Danny Lesco & Chucky BartoloMagic Malta 91.7 | XFM 100.2 | 103 | Calypso Radio 101.8 FM | Spazju Kreattiv | The Insynk Collective | The Malta Community Chest Fund Foundation

Posted by Teatru Malta on Monday, December 7, 2020

Read in English.

Il-Ġulbiena hija litteralment wara l-kantuniera… u le, fejn int sejjer b’rasek? Mhux qed nirreferu għall-pjanta ta’ fuq l-ixkaffa tal-kċina tiegħek. Ġulbiena ir-radjudramm fid-dlam se tixxandar direttament u esklussivament nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru fuq 103 Malta’s Heart, Calypso Radio, XFM u Magic Malta. Dan ifisser li se tkun disponibbli fuq dawk l-istazzjonijiet biss fit-8pm, mingħajr ebda ripetizzjoni u għalhekk kun żgur li ma titlifhiex.
Produzzjoni ta’ Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Malta Community Chest Fund, din se tkun l-unika pantomima li qed issir dan il-Milied fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Hija t-tielet edizzjoni tas-sensiela Panto fid-Dlam.

Ma tantx inbidlu l-affarijiet għajr li d-dramm li se jsir dirett fuq ir-radju minflok f’kabina tal-ħoss. L-udjenzi xorta mistennija li jilbsu l-headphones tagħhom biex il-panto fid-dlam tibqa’ esperjenza ħajja iżda did-darba mis-sigurtà ta’ djarhom. Dak li huwa saħansitra aħjar hu li hija kompletament bla ħlas din is-sena, allura kun żgur li tismagħha!

Allura dwar xiex inhi? … Fadal siegħa waħda biss fadal u l-protagonisti tagħna qed iħejju
għall-wasla ta’ mistieden misterjuż verament speċjali allura kollox irid ikun perfett!

Problema waħda… hemm xi ħaġa nieqsa… Il-Ġulbiena ovvjament! Biex iġibu din il-pjanta tal-Milied tant prezzjuża tagħhom se jkollhom imorru fid-dwejra waħxija tas-Saħħara, fejn ħadd qatt ma ssogra jidħol s’issa. L-avventura tagħhom mhux se tkun waħda faċli iżda bl-għajnuna tagħkom forsi jirnexxilhom joħorġu minnha ħajjin!

Ġulbiena – Panto fid-dlam hija miktuba u diretta minn Vikesh Godhwani u Marta Vella. Il-kast jinkludi lil Chucky Bartolo bħala d-dama, Samuel Farrugia, Anton Saliba u Davinia Hamilton.

Għal aktar informazzjoni żur www.teatrumalta.org.mt jew ċempel 21220255 illum stess.

Dan it-tagħrif twassal minn Teatru Malta.