Il-Guinea jagħlaq il-fruntieri ma’ Sierra Leone u l-Liberja

L-istat Afrikan tal-Guinea iddikjara li għalaq il-fruntieri mal-Liberja u Sierra Leone fid-dawl tat-tixrid tal-virus tal-Ebola.
Hekk kif fil-Guinea ma kienux rappurtati każi ġodda ta’ tixrid ta’ dan il-virus, l-awtoritajiet tal-pajjiż iddikjaraw li se jkunu qed jipprojbixxu l-influss ta’ persuni minn dawn iż-żewġ pajjiżi.
Figuri riċenti miġbura bejn il-5 u s-6 ta’ Awwissu jindikaw 68 każ ġdid ta’ Ebola li ikkawżaw 29 każ ta’ mewt. Minnhom 26 każ ġdid ġie rreġistrat fi Sierra Leone u 38 fil-Liberja. Minkejja li l-virus din is-sena oriġina mill-Guinea, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ġdid fil-pajjiż.