“Il-ġudikatura bi tradizzjoni tajba u l-Kumitat dwar l-ħatriet mhux rubber stamp”

Read in English.

Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi qal li l-ġudikatura Maltija għandha tradizzjoni tajba u l-ħatra tal-membri ġodda tagħha ssir b’reqqa kbira.

Fid-diskors tal-ftuħ tas-sena fornesi, Azzopardi qal li l-Kumitat dwar l-Ħatriet tal-Ġudikatura mhux ‘rubber stamp’ u rrifjuta numru ta’ applikazzjonijiet li wasslu quddiemu.

Dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-Prim Imħallef qal li din għandha wkoll l-iżvantaġġ li ma tantx tista’ titkellem fil-pubbliku minħabba d-delikatezza tal-materji li tiddiskuti u tiddeċiedi, liema deċiżjonijiet skont il-liġi, l-proċeduri quddiemha għandhom isiru bil-magħluq. Hu wissa’ li ħadd m’għandu dritt jieħu l-liġi b’idejh meta jħoss li l-liġi mhux ġust jew inkella jmur jilmenta mal-mezzi tax-xandir.

Dawn deċiżjonijiet li joħorġu mill-Qorti ta’ Strasburgu, huwa qal li għal kuntrarju ta’ dak li jintqal, ħafna mill-appelli dwar sentenzi mogħtija mill-Qorti Maltija ikunu dikjarati inammissibbli – jiġifieri lanqas biss ikunu jistħoqqilhom diskussjoni u f’każijiet oħra jinbidel biss l-parti tas-sentenza fejn jiġu likwidati d-danni pagabbli.