Il-GTA tikkundanna vandaliżmu fl-Għarb

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) ikkundannat dak li ddeskriviet bħala vandaliżmu fuq tabelli b’informazzjoni li huma parti mill-mixjiet madwar Għawdex.
It-tabelli vandalizzati huma dawk tal-mixja fl-Għarb, b’informazzjoni dwar Wied il-Mielaħ u t-tieqa fil-blat li hemm fil-baħar.
Il-GTA rrikonoxxiet il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex u tal-kunsill lokali tal-Għarb biex itejjeb l-infrastruttura fil-lokalità, li tgħin ukoll lit-turiżmu.
Fl-istess ħin, appellat lill-Għawdxin biex jieħdu ħsieb iktar l-ambjent ta’ madwarhom.