Il-grupp separatista Bask Eta jagħti l-armi lill-pulizija Franċiża

Il-grupp separatista Bask Eta beda l-proċess biex jagħti l-armi li għandu u jibda taħdidiet mal-Gvern Franċiż.
Korrispondent tal-BBC, Lyse Doucet, ikkonfermat li l-grupp ta lista ta’ armi li għandu lill-pulizija Franċiża.
Fl-aħħar 40 sena ta’ vjolenza, il-grupp qatel aktar minn 800 persuna, iżda kien iddikjara waqfien mill-ġlied fl-2011.
Minkejja dan, il-grupp qatt ma żżarma u lanqas ma ċeda l-armi.
L-għan tiegħu huwa li r-reġjun Bask jkun iddikjarat bħala stat indipendenti u jieħu f’idu dan it-territorju li parti minnu huwa Franċiż u l-bqija Spanjol.
Spanja s’issa għadha qed tirrifjuta li tinnegozja mal-Eta.