Il-grupp G7 ma jilħaqx ftehim fuq ir-Russja

Il-grupp tal-G7 ma rnexxielux jilħaq ftehim biex jieħu azzjoni kontra r-Russja wara l-attakk kimiku fis-Sirja.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan qal li l-grupp ma riedx iġib lir-Russja daharha mal-ħajt u li jippreferi li jsir djalogu.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Rex Tillerson mar ir-Russja wara l-laqgħa tal-G7 biex jipprova jikkonvinċi lir-Russja biex ma tibqax alleat tas-Sirja.
Skont il-grupp internazzjonali qabel li s-sitwazzjoni fis-Sirja ma tistax tara progress dment li l-President Assad jibqa’ fil-poter.