Il-Grupp ARGUS bi profitt nett ta’ $10.6 miljun f’sitt xhur

Argus iddikjara dividend ta’ seba’ ċenteżmi tad-dollaru ta’ Bermuda għal kull sehem. L-assi totali tal-Grupp żdidu għal $2.1 biljun.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ AIAL, Dr Vanessa Borg, qalet li “dawn ir-riżultati pożittivi jkomplu jsaħħu l-abbiltà ta’ Argus f’Malta biex ikompli jagħti spinta lill-ħiliet u r-riżorsi tal-Grupp għat-tkattir u l-iżvilupp tal-firxa ta’ prodotti u servizzi li joffri lill-klijenti. Dan se jibqa’ pilastru fiċ-ċentru tal-istrateġija tagħna biex inkomplu nibnu fuq il-wirt tagħna li nipprovdu assigurazzjoni f’Malta tul dan l-aħħar nofs ta’ seklu.”
L-għan ta’ AIAL li tiffoka fuq il-preservazzjoni tal-wirt Malti filwaqt li tħares lejn il-futur kienet waħda mit-temi li ssemmiet waqt ikla organizzata minn Argus biex l-iktar klijent li ilu mal-grupp, Edwin Mamo, ikun onorat. Waqt l-istess ikla, kien onorat wkoll l-iktar Executive li ilu ma’ Argus, Albert Cardona.
L-aħħar sett ta’ riżultati tal-Grupp Argus urew żieda ta’ 18 fil-mija, jew $11.3 miljun, fin-net premiums earned meta mqabbel mas-sena l-oħra.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt