Il-Grupp al-Shabab iħeġġeġ lill-Afro-Amerikani jieħdu sehem fi gwerra qaddisa

Il-Grupp Iżlamiku al-Shabab f’filmat ta’ propaganda ippubblika xeni mill-kampanja tal-kandidat Repubblikan Donald Trump fejn fih jinstema’ jgħid li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tiegħu se tkun qed tipprojbixxi l-Musulmani milli jidħlu l-Amerka.
Fil-filmat li hu twil madwar 50 minuta, al-Shabab tħeġġeġ lill-Afro-Amerikani biex jaqilbu għall-Iżlam u jieħdu sehem f’dik li qed isejjħulha gwerra qaddisa.
L-al-Shabab qed jisħqu li fl-Amerka hemm doża qawwija ta’ razziżmu u li l-pulizija Amerikana qed tuża l-forza u l-brutalità kontra l-Musulmani.
F’dawn l-aħħar snin, kienu bosta Somali-Amerikani mill-istat ta’ Minnseota li ġew radikalizzati għall-Iżlam u marru jiġġieldu f’isem al-Shabab fis-Somalja stess.