Il-GRTU tilqa’ t-twaqqif tal-pjan ta’ billboards fil-baħar

Il-GRTU laqgħet il-fatt li Transport Malta ssospendiet il-pjan ta’ billboards fil-baħar.
Il-GRTU qalet li dan hu l-mod kif il-Gvern għandu jaġixxi, billi jikkonsulta u jisma’ dak li għandhom x’jgħidu l-partijiet konċernati u s-soċjetà ċivili.
Faħħret id-deċiżjoni meħuda mill-Ministru Joe Mizzi u qalet li din waqqfet milli ssir iktar ħsara fis-setturi tan-negozji konċernati.