Il-GRTU tesprimi s-sodisfazzjon għall-fondi li kisbet Malta

Il-GRTU fi stqarrija esprimiet s-sodisfazzjon tagħha għall-kisba li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u t-tim tan-negozjati biex Malta rnexxilha tinnegozja €1.2 biljun mill-baġit tal-Unjoni Ewropea bejn l-2014 u l-2020.

L-istqarrija kompliet tgħid li dawn il-fondi huma importanti ħafna għal Malta biex jintlaħqu l-miri nazzjonali.

Il-komunikat kompla jgħid li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea qed turi li hija suċċess. Dawn il-fondi qalet li se jiffinanzjaw diversi proġetti kbar sabiex l-infrastruttura ekonomika ta’ Malta tkompli tikber u tiġi modernizzata u bhekk jikber l-investiment u jinħolqu iktar postijiet tax-xogħol.