Il-GRTU tawgura lil Dr Muscat u tirringrazzja lil Dr Gonzi

Il-GRTU, Kamra Maltija tan-Negozji Żgħar u Medji, ferħet lil Dr Joseph Muscat għall-elezzjoni u l-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Dan filwaqt li rringrazzjat lil Dr Lawrence Gonzi għax-xogħol tiegħu u tal-Gvern immexxi minnu.