Il-GRTU taħtar President ġdid

Il-GRTU (General Retailers Union Malta) kellha l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv din is-sena, li fiha nħatar Paul Abela bħala l-President għall-2019.

Il-Kunsill Eżekuttiv eleġġa wkoll 6 Viċi Presidenti, li huma dawn: Viċi President tal-Policy u l-Istrateġija: Philip Fenech, Viċi President tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni: Marcel Mizzi, Viċi President tas-Setturi: Sergio Camilleri, Viċi President tad-Distretti u l-Lokalitajiet: Michael Galea, Viċi President tar-Relazzjonijiet Barranin: Joseph Galea, Viċi President tat-Taħriġ u l-Iżvilupp: Noel Gauci.