Il-Grey Lady: leġġenda jew verità?

Aenigma: Grey Lady

Crew televiżiv immexi minn Jessica u Robert iżur il-Forti Sant’ Anġlu biex jiġbed dokumentarju dwar il-Forti u l-misteru ta’ dik li għal bosta snin ilha marbuta miegħu – Il-Grey Lady.

Imma tgħid dan il-misteru huwa biss leġġenda? Tgħid il-crew se jkollu xi esperjenza sopranaturali? Jessica u Robert ma jaqblux. X’se jkun qed jiġri?

Dan hu dak li se jkun qed jiġri fl-episodju tal-lejla mis-sensiela Aenigma li l-istazzjon Melita More se jkun qed ixandar fil-11.30pm.

Melita More jixxandar fuq Channel 315 tal-Melita Cable. Fuq dan l-istess stazzjon jixxandru wkoll sensiliet oħra bil-Malti bħal Ħbieb u Għedewwa, Strada Stretta, Simpatiċi, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Rajt ma Rajtx, Klassi Għalina, u Division7.