Il-Green New Deal tista’ tkun opportunità biex tgħaqqad – Alfred Sant

Alfred SANT in the EP in Strasbourg

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal li minkejja li l-Green New Deal jista’ jkun qed jitħabat minħabba l-kunflitt bejn il-populiżmu u l-liberaliżmu, jista’ jkun ta’ opportunità biex tgħaqqad l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea madwar għan komuni. Sant spjega li madankollu sabiex dan il-ftehm jilħaq l-ambizzjonijiet ekoloġiċi, soċjali u politiċi Ewropej taċ-ċittadini tagħha m’għandux ikun vag u bla snien. Spjega li għandu jkun speċifiku u jagħti d-dettalji u jkollu miri ċari li jwasslu biex ikun hemm pjan.

Sant qal li l-artiklu kif ippubblikat fil-blog tal ġurnal indipendenti online fi Franza Mediapart, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tenfasizza l-Green New Deal fuq id-deċiżjoni tal-President li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen biex tassenja lil Frans Timmermans ir-rwol ta’ viċi-president eżekuttiv inkarigat mill-Green New Deal.

Alfred Sant żied li l-implimentazzjoni tal-Green New Deal għandha tgħaddi minn bidla ta’ indikaturi ekonomiċi. Spjega huwa impossibbli li tkun taf jekk il-politiki mnedija hux se tmur fid-direzzjoni t-tajba jekk wieħed jiddependi fuq l-indikaturi ekonomiċi eżistenti. Sant flimkien ma’ diversi membri parlamentari ewropej enfasizzaw li ”huma kemm huma sofistikati, dawn qatt ma jkunu jistgħu jagħtuna inventarju veru ta’ telf ta’ bijodiversità, tal-kundizzjoni tal-pulmuni ta’ wliedna, tat-tibdil fil-klima kif ukoll tar-riskju ta’ għargħar jew diżastri naturali. Lanqas ma jistgħu jgħidulna jekk din it-tranżizzjoni hix se tnaqqas il-livell ta’ faqar u inugwaljanza“.