Il-Greċja se twaqqa’ eluf ta’ binjiet illegali wara li l-bini bla liċenzja qabad għexieren ta’ persuni li nqatlu fin-nirien tat-23 ta’ Lulju li għadda.
Dan qalu l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras.
Tsipras, li l-Gvern tiegħu ġie akkużat b’rispons wisq kalm għad-diżastru, qal li t-twaqqigħ ta’ 3,200 binja se jibda immedjatament fir-reġjun ta’ Attica, li jinkludi l-kapitali Ateni.