Il-Greċja turi apprezzament għall-għajnuna f’self minn Malta

Il-poplu Grieg japprezza l-għajnuna li tat Malta lill-pajjiż, b’self ta’ €188 miljun jew kważi 2.5% ta’ dak li jipproduċi l-pajjiż.
Hekk sostniet l-ambaxxatriċi l-ġdid tal-Greċja għal Malta, Chryssoula Karykopoulou, f’laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna.
L-ambaxxatriċi faħħret is-suċċessi ekonomiċi ta’ Malta u offriet l-għajnuna minn pajjiżha għall-ewwel Presidenza Maltija tal-UE fl-2017.
Fil-laqgħa, ġew diskussi wkoll ir-rwoli taż-żewġ pajjiżi fil-Eurogroup u t-triq ’il quddiem għall-Greċja, bil-Ministru Scicluna jistqarr li l-Greċja jixirqilha aħjar u li Malta tħares ’il quddiem lejn ġejjieni aħjar għall-pajjiż.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut