Il-Greċja tinvestiga 30 persuna minħabba traffikar tal-migranti

REUTERS

L-awtoritajiet Griegi arrestaw żewġ aid workers u qed jinvestigaw 30 persuna mill-istess organizzazzjoni fuq il-gżira ta’ Lesbos peress li qed jissusspettaw li ttraffikaw migranti lejn il-Greċja u li kienu involuti fil-ħasil tal-flus, skont il-Pulizija Griega.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li s-suspettati, 24-barrani u sitt Griegi, kienu qed jaħdmu fuq il-gżira sa mill-2015 bħala parti minn NGO. Huma ma żvelawx x’jisimha l-għaqda.

Lesbos kienet żona li fiha kienu jidħlu ħafna migranti mis-Sirja, Afganistan u mill-Iraq. Tista’ taqra rapport dettaljat minn hawn.