Il-Greċja tibda triq għal barra mill-Ewro – kanċellata l-laqgħa tal-Eurogroup

​Ġiet kanċellata l-laqgħa tal-membri tal-Eurogroup li kellha titkompla dalgħodu wara li ma ntlaħaq l-ebda ftehim fis-summit ta’ lbieraħ.
Il-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi fiż-żona Ewro kellhom jiddeċiedu jekk japprovawx programm ta’ self ieħor lill-Greċja wara numru ta’ proposti ġodda mressqa mill-Prim Ministru Grieg.
Jidher li l-membri tal-Eurogroup qed isibuha diffiċli jafdaw lill-Greċja għal darb’oħra u japprovaw bailout ieħor.
Wara li tard matul il-lejl il-Ministri tal-Finanzi li jiffurmaw il-Eurogroup baqgħu ma laħqu l-ebda konklużjoni, u issa li l-laqgħa ta’ dalgħodu tħassret, kollox jidher li l-unika triq għall-Greċja hija barra miż-żona Ewro.
Minkejja dan, il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi qed jappella lill-Ġermanja biex ma tibqax tumilja lill-Greċja u qed jitlob sabiex isir minn kollox biex jiġi evitat il-ħruġ tal-Greċja mill-Ewro