Il-Greċja se tibda tidfen vittmi tan-nirien

REUTERS/Alkis Konstantinidis

Il-Greċja se tibda’ tidfen il-vittmi tan-nirien li ħakmu minn tal-anqas 88 persuna.

Il-Prim Ministru Alexis Tsipras refa’ r-responsabbiltà politika għat-traġedja wara li nħeba mill-pubbliku għal tliet ijiem.

L-opożizzjoni akkużat lill-gvern li ma rnexxielhomx jniedu pjan t’azzjoni li jsalva kemm jista’ jkun ħajjiet. Uffiċjali wkoll qalu li n-numru ta’ vittmi jaf jiżdied.

Għada, tliet membri tal-istess familja se jkollhom l-ewwel funeral minn wara li bdew in-nirien.