Iċ-ċans li takkwista kotba b’€1 u tgħin lil Puttinu

Ewro, tliet ewri, sitta…inkella €25 l-aktar l-aktar.
Le, dan mhux xi rkant, iżda l-prezzijiet tal-kotba li se jkunu għall-bejgħ fil-Grand Book Sale tal-Agenda, li se jittella’ bejn il-15 u t-23 ta’ April, inkluż ukoll Ħadd il-Għid.
Il-qligħ kollu se jmur għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Is-sena l-oħra nġabret is-somma sabiħa ta’ €3,000.
Għal dawk il-qarrejja ta’ veru, din se tkun esperjenza mhux ta’ min jitlifha, hekk kif se jkunu jistgħu jagħżlu minn eluf ta’ kotba ta’ kull ġeneru jew tip.
Mela, jekk tħobb taqra u tixtieq tgħin b’dan il-ġest tiegħek, żur il-Grand Book Sale fil-Kumpless tal-PAMA fil-Mosta.
Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu bejn l-10am u t-8pm.
Għal aktar tagħrif, żur is-sit tal-Facebook minn hawn.