Il-graffiti fid-diskussjoni tal-istudenti fil-Parlament

SPK

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa l-laqgħa tal-istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary School fil-Parlament.

SPK

Matul din il-laqgħa, l-istudenti ddiskutew diversi suġġetti ta’ interess ġenerali, fosthom il-legalizazzjoni tal-kannabis f’Malta, l-użu tal-close-circuit television, ix-xogħlijiet ta’ restawr ta’ siti storiċi, il-graffiti, ir-riklamazzjoni tal-art u l-użu tal-inċeneratur sabiex jinħaraq l-iskart.

SPK

Fid-diskors tiegħu l-Ispeaker fakkar li din il-laqgħa qed issir ftit jiem biss qabel iż-żgħażagħ ta’ sittax-il sena u aktar ser ikunu qed jivvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet f’Malta sabiex jintagħżlu l-membri għall-Parlament Ewropew u l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. L-Ispeaker qal li hu jqis dan l-iżvilupp bħala espressjoni ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna u għarfien fihom li għandhom il-kapaċità intelletwali sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ġid komuni tas-soċjetà u ta’ pajjiżna.

Il-laqgħa ġiet indirizzata wkoll mill-Membri Parlamentari Rosianne Cutajar u David Agius, u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis.