Il-Gozo Jazz Festival fix-Xlendi

Fil-jiem li għaddew fix-Xlendi f’Għawdex ġie organizzat il-Gozo Jazz Festival.

Din l-attività kienet organizzata mill-Uffiċċju Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Dan il-festival kien suċċess u attira numru ta’ persuni u viżitaturi.

Il-Festival huwa wieħed mill-mezzi  kif il-Ministeru għal Għawdex permezz tal-uffiċċju kulturali se jkompli jkattar il-kultura f’ Għawdex. 

L-istess Minsteru jemmen li attivitajiet simili jistgħu jservu ta’ promozzjoni turistika tal-gżira Għawdxija.