Il-Gozo Channel tisfida l-maltemp

Minkejja l-maltemp li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, il-Gozo Channel ma tidhirx li se tieqaf topera sakemm jikkalma t-temp.
Bħalissa l-vapuri qegħdin joperaw mill-moll tan-nofsinhar, viċin tal-lukanda Paradise Bay. Dan minħabba li r-riħ mhux qed iħalli l-vapur jittrakka mal-moll prinċipali tiegħu fiċ-Ċirkewwa.
Kelliem għall-Gozo Channel qal ma’ Newsbook.com.mt li d-deċiżjoni li jieqaf jopera l-vapur tittieħed mill-kaptani, u dan iseħħ b’mod speċjali jekk ir-riħ idur mit-Tramuntana.
Spjega li riħ mit-tramuntana jaffettwa propju ż-żewġ mollijiet li joperaw minnhom il-vapuri.
Jekk ikollu jitwaqqaf is-servizz sakemm jikkalma l-maltemp, il-Gozo Channel tavża lill-pubbliku immedjatament permezz ta’ memos u anki fuq il-websajt.