Il-Gozo Channel tagħmel qliegħ ta’ aktar minn miljun ewro

Il-Gozo Channel ħabbret li matul is-sena li għaddiet għamlet profitt ta' €1,014,025.
Iċ-Ċermen tal-Gozo Channel, Joe Cordina sostna li “din il-figura turi l-impenn tat-tmexxija tal-Gozo Channel biex tindirizza s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kienet tinsab fiha l-kumpanija fl-2012".
Fl-2012 il-Gozo Channel spiċċat is-sena b'telf ta' €1.6 miljun. Din il-figura tnaqqset għal €1.3 miljun fl-2013.
Filwaqt li s-sena li għaddiet, il-Gozo Channel irreġistrat l-ewwel profitti tagħha wara snin ta’ telf.
Iċ-Ċermen qal ukoll li "l-kumpanija tinsab kommessa li tkompli tibni fuq ir-riżultati posittivi, filwaqt li tkompli bl-impenn tagħha biex toffri servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi u t-turisti li jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer".