Il-Gozo Channel se żżid vjaġġ minħabba l-Karnival

Minħabba l-ammont kbir ta’ Maltin li fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jitilgħu Għawdex għall-karnival, il-Gozo Channel se żżid il-vjaġġi tal-vapuri.

Bejn id-9 u l-10 ta’ Frar se żżid vjaġġ fis-2.30 ta’ filgħodu li jitlaq mill-Mġarr Għawdex u fit-3 ta’ filgħodu jitlaq vapur miċ-Ċirkewwa.

Għal iktar dettalji dwar il-ħinijiet tal-vjaġġi, tista’ iżżur il-websajt: www.gozochannel.com