Il-Gozo Channel għall-Valletta Waterfront

Il-Kumpanija Gozo Channel tinforma lill-pubbliku li nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru, għan-Notte Bianca, se tkun qed tagħmel vjaġġ speċjali lejn il-Valletta Waterfront u lura.

Il-vapur se jitlaq mill-Imġarr fis-6.30 pm u mill-Valletta Waterfront fin-nofsiegħa ta’ filgħodu.

Il-biljetti għal dan il-vjaġġ jistgħu jinqatgħu dakinhar stess mit-terminal tal-passiġġieri fl-Imġarr bejn il-11 am u s-6pm.

Il-passiġġieri għandhom iżommu l-biljetti biex jippreżentawhom meta jaqbdu l-vapur lura lejn Għawdex.

Il-vapur jista’ jkollu massimu ta’ 900 passiġġier.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 22109000.