Il-Gozo Channel b’vapur nieqes minħabba manutenzjoni

Read in English.

Il-flotta tal-Gozo Channel se tkun qed taħdem b’vapur nieqes minħabba xogħol ta’ manutenzjoni.

Fi stqarrija, l-kumpanija avżat lill-pubbliku li wieħed mill-vapuri tal-flotta, l-M.V. Ta’ Pinu, jinsab fit-tarzna għal manutenzjoni ta’ rutina. Qalet li l-vapur għandu jiddaħħal lura għas-servizz fis-16 ta’ Frar.

F’Novembru tal-2019 wieħed mill-vapuri ħabat mal-moll minħabba t-temp ikrah. Dan l-inċident wassal biex il-vapur ikollu bżonn it-tiswijiet.

Intant, il-Ministeru għal Għawdex kien qal li minn Diċembru 2019 sal-5 ta’ Jannar 2020 qasmu b’kollox 520,439 passiġġier u 165,680 vettura. Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel qasmu 501,907 passiġġier u 156,343 vettura.