Il-Gozo Channel b’aktar vjaġġi għall-ftuħ tal-Valletta 2018

Jekk bi ħsiebek tinżel minn Għawdex sabiex għada tiċċelebra l-ftuħ tal-Valletta 2018, il-Gozo Channel se żżid aktar vjaġġi.
Dan qed isir sabiex is-servizz jaħdem b’mod iktar effiċjenti għall-Għawdxin li jixtiequ jinżlu Malta għal din l-attività.
Fi stqarrija, il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li matul il-lejl tas-Sibt se jiżdiedu żewġ vjaġġi mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa fil-11.15pm u n-12.30am u miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr f’nofsillejl u fis-1.15am.
Iż-żieda fil-vjaġġi mhux se taffettwa l-iskeda uffiċjali tax-xitwa.
Transport Malta ħabbret numru ta’ servizzi li se joperaw bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu kmieni.