​Il-ġostra tibqa’ ħajja f’Marsalforn

15-il parteċipant ħadu sehem fil-ġostra tradizzjonali li saret fil-bajja ta’ Marsalforn.
L-avveniment sportiv li ġie imtella’ mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn u mill-Ministeru għal Għawdex għall-ewwel darba ra l-parteċipazzjoni ta’ tliet nisa.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li attivitajiet bħal dawn jgħinu biex iżommu t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna ħajjin u jservu bħala attrazzjoni turistika.
Kompliet tgħid li huwa importanti li nżommuhom ħajjin b’tali mod li jibqgħu relevanti anke fil-kuntest tal-lum.
Ritratt: MGOZ