Il-ġonna ta’ Sant’Anton jingħalqu għal ġbid ta’ film

Il-Ġonna ta’ Sant’ Anton se jkunu magħluqa għall-pubbliku fis-26 t’ Jannar, 2021 u se jkunu taħt il-kontroll ta’ Latina Pictures Ltd sabiex ikun jista’ jinġibed film f’dawn il-ġonna.

Dan tħabbar fil-gazzetta tal-Gvern fejn ġie spjegat li dan se jseħħ taħt l-Artiklu 2 tal-Ordinanza dwar l-Għeluq ta’ Ġonna Pubbliċi (Kap 34)