Il-goalkeeper tat-tim Nazzjonali se jittressaq il-qorti b’arrest

Il-Goalkeeper Justin Haber instab ħati li dalgħodu ma marx għas-seduta li fiha kien akkużat li insulta gwardjana lokali.
Il-Maġistrat Joe Mifsud sab lill-goalkeeper tal-Hibernians u tat-tim Nazzjonali ħati ta’ disprezz lejn il-Qorti u mmultah €250.
Il-Qori ħarġet mandat ta’ arrest u Justin Haber se jitressaq il-Qorti eskortat mill-Pulizija f'seduta li ġejja nhar it-13 ta’ Ġunju.