Il-GO bi problemi tal-internet u t-TV f’diversi lokalitajiet

Il-kumpanija GO qalet li l-klijenti tagħha li joqogħdu l-aktar lejn in-nofs u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta qed jesperjenzaw problemi fis-servizz tal-internet u tat-televixin.

Fuq Facebook, il-kumpanija qalet li t-tim tekniku tagħha qed janalizza s-sitwazzjoni biex jara x’qed jikkawża l-problema u biex isib is-soluzzjoni għaliha.

Lill-klijenti tagħha qaltilhom li tifhem kemm din hi sitwazzjoni frustranti imma talbithom ikunu paċenzjużi.

Kull min jixtieq jikkuntattja lill-kumpanija fuq din il-kwistjoni hu mitlub jagħmel kuntatt fuq in-numru 79707970, anke fuq WhatsApp, apparti fuq il-mezzi tagħha l-oħrajn.

Dear customers, We are currently experiencing issues with our network which are impacting primarily broadband and TV…

Posted by GO on Tuesday, November 3, 2020