Il-GO bi problemi fis-servizz fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar ta’ Malta

Il-kumpanija GO ħabbret li xi residenti ta’ lokalitajiet fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar ta’ Malta jaf jesperjenzaw xi qtugħ fis-servizz minħabba ħsarat li għandha.

Fuq Facebook spjegat li kien hemm qtugħ ta’ xi wajers.

L-inġiniera tal-kumpanija qegħdin jassessjaw is-sitwazzjoni u jaraw kif l-aħjar li jipproċedu.

Il-kumpanija qalet li qed tirċievi ħafna telefonati u messaġġi, u appellat lin-nies biex ikunu paċenzjużi sakemm issolvi din il-problema. Hija skużat ruħha ta’ din l-inkonvenjenza.