Il-GO bi ħsara fl-internet

Il-kumpanija GO kkomunikat mal-klijenti tagħha li għandha l-ħsara bl-internet.

Barra minn hekk il-mezzi diġitali tal-call centre mhumiex disponibbli. Grupp ta’ inġiniera tal-kumpanija qed jaħdmu bla heda biex isolvu s-sitwazzjoni.

Filwaqt li skużat ruħha għal dan l-inkonvenjent, wegħdet li se żżomm lill-klijenti tagħha aġġornati.