Il-ġnien sigriet tal-President se jilqa’ fih 1,000 tifel u tifla

Bil-għan li t-tfal jingħataw iċ-ċans sabiex jiżviluppaw lilhom infushom barra mill-kuntest ta’ klassi, il-President se tkun qed tilqa’ aktar minn 1,000 tifel u tifla fil-ġnien sigriet fil-Palazz ta’ San Anton.
Apparti minn hekk, għall-ewwel darba mal-1,000 tifel u tifla oħra se jkollhom iċ-ċans li jipparteċipaw fl-iskejjel tagħhom stess permezz ta’ attivita ta’ sagħtejn li se tipprova tispira lit-tfal sabiex jiżviluppaw f’ċittadini attivi. 
It-tema li ntagħżlet għall-President’s Secret Garden 2018 hija l-konsolidazzjoni tal-paċi u se tkun qed tħeġġeġ lit-tfal jesploraw u jiżviluppaw lilhom infushom permezz ta’ kuntesti personali, soċjali u inklussivi.
L-avveniment organizzat mill-President’s Foundation for the Wellbeing of Society beda lura fl-2014 u mill-konċepiment tiegħu ra mal-4,500 tifel u tifla jipparteċipaw.