Il-ġlieda għat-titlu hija ta’ barra minn hawn – Klopp

Jurgen Klopp qal li l-ġlieda mingħajr waqfien li qed jiġġieldu l-plejers tiegħu biex jirbħu t-titlu wara 30 sena hija xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Huwa kien intervistat wara l-logħba li kellhom kontra Norwich fejn rebħu bl-iskor ta’ 1-0.

Sadio Mane daħal jilgħab fit-tieni taqsima u skurja 12-il minuta bogħod mit-tisfira finali. Dan ifisser li t-tim ta’ Klopp jonqsu biss ħames rebħiet oħra minn 12-il logħba li fadal biex jaċċerta ruħu li rebaħ il-league. S’issa tilfu biss żewġ punti, u qegħdin 25 pun ‘l fuq minn Manchester City li qegħdin fit-tieni post.

Waqt intervista Klopp qal li seta jara f’wiċċ il-plejers li ma kinux nervużi, iżda kienu qed jieħdu gost. Stqarr li kien ċert li jekk kien hemm xi tim li kien se jiskurja, kienu se jkunu humaa.