“Il-ġlieda għad-demokrazija ma tintrebaħx darba biss” – Bezzina

Il-kandidat għall-Viċi Kap Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-ġlieda għad-demokrazija m’hijiex waħda li tintrebaħ darba, iżda ġlieda dejjiema li qatt ma tista’ tittieħed bħala mirbuħa.
Sostna li t-tisħiħ tal-valuri u tal-istituzzjonijiet iġibu l-istabiltà fil-pajjiż. Qal li għal darb’oħra Malta għandha bżonn lill-PN biex ikun it-tarka tal-libertà, tad-dittijjiet bażiċi u tal-ħarsien tad-dittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha.
Bezzina qal li l-PN fil-Gvern biss jista’ jiggarantixxi għajxien trankwill, ġust u liberu għall-poplu kollu.