Il-ġlieda f’każin Laburista bdiet b’tnemmisa

Dalgħodu fil-Qorti nstema’ kif il-ġlieda f’każin Laburista fir-Rabat bdiet minħabba li Shirley Camilleri ttantat lil Christian Gauci.

Waqt il-ġlieda li seħħet lura fis-17 ta’ Frar, Ivan Attard ġie mweġġa’ serjament. Kenneth Micallef ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil fuq l-istess Ivan Attard.

Is-sidien tal-każin, Maria Vassallo u r-raġel tagħha Herbert, għażlu li ma jkunux xieda ta’ dan il-każ. Żewġ persuni weġġgħu f’din il-ġlieda, b’wieħed minnhom ġie ċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.