Il-ġlied f’Gaza jieqaf għal 72 siegħa

Iżrael u l-Ħamas qablu li jieqfu mill-ġlied għal 72 siegħa.
Dan il-waqfien mill-ġlied se jsir biex tingħata l-għajnuna umanitarja.
Ftit sigħat wara li daħal fis-seħħ dan il-waqfien mill-ġlied, il-Palestinjani qalu li erba’ persuni nqatlu mis-suldati Iżraeljani.
Il-Gvern Iżraeljan qal li se jkompli jeqred passaġġi taħt l-art li qed jintużaw mill-Ħamas.
Uffiċjali Palestinjani qalu li aktar minn 1,400 Palestinjan inqatlu waqt il-kunflitt ma’ Iżrael filwaqt li nqatlu 63 Iżraeljan, il-maġġoranza tagħhom suldati.