Il-Ġiżwiti nominati għal premju tad-drittijiet tal-bniedem

Is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati f’Malta, il-JRS ġie nnominat għall-premju Vaclav Human Rights Prize 2014.
Flimkien mal-JRS, ġew innominati ukoll iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Iżrael u Anar Mammadli fl-Azerbaijan.
Il-bord ta’ selezzjoni għal dawn in-nomini huwa magħmul minn sitt esperti indipendenti u huwa mmexxi minn Anne Brasseur, il-President tal-Assemblea Parlamentari għall-Kunsill Ewropew, il-PACE.
B’kollox kien hemm 56 kandidat li laħqu l-kriterji stipulati għal dan il-premju.
JRS Malta hija organizzazzjoni non-governattiva li taħdem għall-protezzjoni tad-drittijiet tar-refuġjati, dawk li qed ifittxu l-ażil u l-immigranti.
Ir-rebbieħ ta’ dan l-unur prestiġjuż se jitħabbar fid-29 ta’ Settembru.