Il-ġisem u l-ispirtu: Wirja eċċezzjonali ta’ xogħlijiet ta’ Picasso u Miró

Il-wirja li qed tittella’ bħalissa fil-Palazz tal-Gran Mastru il-Belt Valletta hija importanti kemm fuq livell artistiku kif ukoll fuq livell kulturali. 
Fuq livell artistiku, din hija wirja ta’ xogħlijiet ta’ tnejn mill-aktar artisti importanti u influwenti tas-Seklu 20: Pablo Picasso u Joan Miró. 
Picasso e Miro' hija wirja li tuża dawn ix-xogħolijiet biex turi n-nisġa tal-personalitajiet, l-esperjenzi u l-misteri li sawru l-perspettivi ta’ dawn l-artisti. 
Wirja li mhux biss teħodna tul vjaġġ li juri r-relazzjoni bejn l-aspett storiku ta’ dawn il-bċejjeċ ta’ arti u d-dinja ta’ madwarhom imma wkoll juri kif dawn l-artisti interpretaw u kkomunikaw is-sinjali taż-żminijiet kif rawhom huma permezz tal-arti tagħhom.
Sylvana Debono staqsiet lir-riċerkatriċi Giulia Privitelli għala din il-wirja hija daqshekk eċċezzjonali. 
Il-wirja Picasso e Miro' qed tittella' fil-Palazz tal-Gran Mastru il-Belt Valletta bejn is-7 t'April u t-30 ta' Ġunju 2018.