Il-ġisem tal-mara bħala oġġett: ipprojbit mhux regolat

L-Assoċjazzjoni għall-Ugwaljanza qalet li hi qed tieħu pożizzjoni ċara rigward l-istrip clubs. Hija sostniet li dawn għandhom jingħalqu u mhux ikunu regolati għax il-ġisem tan-nisa qed jintuża bħala oġġett.

L-Assoċjazzjoni qalet li l-annimali fiċ-ċrieki ġew projbiti f’Malta iżda s-soċjetà għadha tittollera l-abbuż mill-iġsma tan-nisa. Hija qalet li klabbs ta’ din ix-xorta huma l-ewwel pass li jwasslu għall-prostituzzjoni. Dan jitqies bħala forma ta’ vjolenza fuq in-nisa u għalhekk m’għandu qatt jiġi biss regolat.

Malta għandha żżomm il-bogħod milli ssir iċ-ċentru tal-prostituzzjoni fil-Mediterran. L-Assoċjazzjoni qalet li min jagħmel il-leġiżlatura għandu jagħti messaġġ ċar u pożittiv li l-umani m’għandhom qatt jinxtraw u jinbiegħu.