Filmati: Storbju ta’ kull tip fit-toroq tal-Birgu

Aġġornat 07:41 PM
Eman Zerafa

Sibt il-Għid filgħaxija fil-Birgu kollu, in-nies ħarġu fil-gallariji, bjut u twieqi biex minkejja r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, iżommu ħajja t-tradizzjoni ta’ “il-Begigga”.

It-tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena, kienet bdiet meta wieħed li kellu dak il-laqam, insterqitlu l-mogħża lejliet l-Għid, u t-tfal tal-Birgu kienu ħarġu jkantaw u jdoqqu t-tanbur wara l-quddies ta’ Sibt il-Għid.

Minn dakinhar baqgħet issir kull sena, bil-Ġirbin joħorġu jkantaw u jdoqqu t-tanbur wara l-quddies, filwaqt li jagħmlu kull tip ta’ storbju.

Din is-sena, Il-Begigga saret b’ mod differenti, iżda minbarra li se jsir l-istorbju tas-soltu, inxteghlu wkoll, il-gallariji u l-faċċati.

Filmati: Christopher Cassar, Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, Cher Grixti

Għandek ritratti u filmati ta’ inizjattivi simili li qed isiru fl-irħula? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt